Hbieb,
Nhar
il-Hadd 7 ta’ Settembru bdejna stagun kompetittiv gdid. Laghbna l-ewwel żewg
loghbiet tal-kompetizzjoni tan-Knock Out kontra ż-Żejtun (li rbahna
3-0) u kontra l-Gharghur (li rbahna 3-1). Issa fadal loghba wahda kontra
Ghawdex biex naghlqu l-ewwel fażi fi gruppi tal-kompetizzjoni, qabel ma
mbaghad naghtu bidu ghall-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni nhar is-Sibt 27 ta’
Settembru wara nofs in-nhar bil-loghba kontra Melita.
Il-Kumitat
li jiena mmexxi laqa’ t-talba tal-coach Lawrence Aquilina, li tajjeb nghidu qed
jonora t-tieni sena tal-kuntratt tieghu mal-klabb, cioe li jsahhah l-iskwadra
fuq dak li kien hemm l-istagun li ghadda, filwaqt li jirtokkja certi pożizzjonijiet
biex naghmlu l-iskwadra aktar kompetittiva u b’sahhitha. Kien ghalhekk li
l-Klabb ingagga numru ta’ players sabiex jikkumplimentaw il-grupp ta’ players
validissimi li diga huma fuq il-kotba tal-Klabb.
Wara
li rajna lil dawn il-players kollha (l-iskwadra hija ffurmata
Iżda,
biex dan kollu jsehh, hemm bżonn l-appogg u s-sostenn ta’ kulhadd,
jigifieri ta’ kull min b’xi mod jew iehor ghandu x’jaqsam mal-klabb: nibda
minni bhala President, il-Kumitat kollu, il-membri, il-coach, il-players, u
anke s-sapporters. Kollha flimkien nistghu nghinu biex il-klabb taghna jikseb
is-success. Huwa propju ghalhekk li nappella lil kull min jaqra dan l-artiklu
biex, l-ewwelnett jinvolvi aktar ruhu fil-klabb u fl-attivitajiet li jsiru
Fl-ahharnett,
nixtieq ukoll nawgura stagun mill-aqwa lis-settur tal-Youths immexxi mill-coach
Marco Buttigieg li żgur bl-entużjażmu tieghu ser jghin sabiex
dan it-tim jerga’ jsib postu fejn haqqu.
Grazzi.
Colin
Calleja
President